Il-militanti f’Gaza jaħtfu suldat tal-Iżrael

Il-forzi tal-Iżrael qed ifittxu suldat li huwa maħsub li nħataf mill-Hamas.
Dan wara biss ftit sigħat li beda l-perjodu ta' 72 siegħa ta' waqfien mill-ġlied.
Is-suldat huwa Hadar Goldin ta' 23 sena. Hu maħsub li s-suldat inħataf waqt li l-forzi tal-Iżrael ippruvaw ikissru mina tal-militanti.
Fl-istess kunflitt mietu minn tal-inqas żewġ suldati oħra.
Intant, il-Ministru tas-saħħa f'Gaza qal li mat-53 persuna huma maħsuba li nqatlu minn militanti tal-Iżrael ftit wara dan l-allegat ħtif.