Il-Milied tal-protesti: sena wara

Bħal daż-żmien sena, kull min isegwi l-aħbarijiet kien fuq quddiem jistenna l-iżviluppi li kienu qed iseħħu. Protesti tas-soċjetà ċivili kienu wasslu biex gvern li kien kiseb maġġoranza elettorali straordinarja theżżeż mill-għeruq u saħansitra mhux biss ministri imma anke l-Prim Ministru kellu jwarrab. Sena wara, x’inhi s-sitwazzjoni?

Newsbook Q&A jiddiskuti mal-President tal-NGO Repubblika Robert Aquilina u mal-osservatur politiku Desmond Zammit Marmara. Nhar il-Ġimgħa fl-4pm fuq Newsbook.com.mt