Il-Milied jiġi kmieni għal tifel qed imut bil-kanċer

Ritratt: Facebook - Cincy Xmas Lights

Għalkemm għadu biss Settembru, hemm familja fl-Amerka li ġa bdiet itella’ d-dekorazzjonijiet tal-Milied, bid-dwal, siġar, karti, u l-affarijiet kollha li tassoċja mal-Milied. Dan għaliex Brody Allen, it-tifel ta’ sentejn li hu parti minn dil-familja, qed imut minħabba tumuri tal-kanċer li invażawlu moħħu, u li ma jistgħux jitneħħew.

Il-familja, flimkien mal-ġirien tagħħhom, ikkonfoffaw biex jiddekoraw id-dar kollha u l-ġnien ta’ fuq quddiem bl-affarijiet tal-Milied. Oħt it-tifel, tfajla ta’ 21 sena, saħqet li m’għandux idea li għadu ma wasalx il-Milied, u jinstab ferħan jilgħab ma ħutu hekk kif idawwruh f’karretta żgħira juruh id-dwal. Il-ġara tagħhom ukoll iddeċidiet li tiddekora għal Brody, u dendlet ponsjetti, girlandi, u dwal. Il-familja staqsiet għal donazzjonijiet ta’ dekorazzjonijiet tal-Milied, u sabu ħafna li għenu.

Brody fil-bidu beda jgħid li qed jistordi, u t-tobba ħasbu li għandu infezzjoni f’widintu. Pero, testijiet wrew li għandu t-tumuri f’moħħu u mal-ispina ta’ dahru. Tumuri bħal dawn jikkawżaw sturdamenti, dardir u għejja kbira, fost sintomi oħrajn, hekk kif jafftewaw il-ħsibijiet u movimenti. Għalkemm kien hemm ħafna trattamenti kontra l-kanċer, wieħed mit-tumuri kiber, u żviluppa ieħor. Minħabba li għadu żgħir, ma tantx kien għad fadal x’jagħmlu t-tobba, għalhekk il-familja ħaditu d-dar u saħqu li jferħħuħ kif jistgħu fl-aħħar ftit li fadallu.