Il-Milied fuq TVM

Bo Peep - Opra għat-tfal

Għal dawn il-jiem ta’ festi il-PBS ħejja numru ta’ programmi speċjali maaħsuba għall-familja kollha. Għażla varjata mill-aqwa fejn wieħed tassew għandu x’jagħżel li jsegwi mill-kumdità ta’ daru. Dawn huma wħud minnhom:

IT-TLIETA 24 TA’ DIĊEMBRU

Il-Presepju tan-Nannu – TVM2 fis-1pm

Il-Presepju tan-Nannu hija ġrajja ta’ familja sempliċi, fejn il-Milied għalihom qisu qatt ma eżista għax l-aktar ħaġa importanti hija l-kilba għall-flus. Il-bqija xejn aktar ma jinteressahom. Iżda n-nannu li kien jgħix ma’ din il-familja ma jaħsibhiex bħalhom. It-tfal mill-banda l-oħra jħossu n-nuqqas tal-Milied. U allura l-presepju fejn jidħol? X’jigri eżatt fid-dar tal-familja Bonello? X’qed jirrapurtaw l-aħbarijiet?

Għawdex Illum – TVM fit-3pm

Il-festi tal-Milied nassoċjawhom mal-presepju li jfakkarna fil-ġrajja ta’ Betlehem elfejn sena ilu. Minn Għajnsielem, jitwassal servizz dwar wirja unika ta’ presepji diorama li ġew minn Bergamo, fl-Italja… kapulavuri ta’ Claudio Mattei, mgħallem tal-presepju. U minn Nichelino f’Torin, naraw servizz ieħor, din id-darba ta’ presepji Maltin li jinsabu għall-wiri fil-palazz ta` Stupinigi. It-tifsira vera tal-maxtura, preżenti f’kull presepju, jgħaddiha l-isqof Mario Grech.

Bo Peep – A Little, Little Opera for Children – TVM fl-4.15pm

Bo Peep – Opra għat-tfal

Opra għat-tfal b’kopożizzjoni ta’ Joseph Vella bis-sehem ta’ 4 solisti, il-VPA Dance Department, l-SCJ Children’s Choir u l-Classique Ensemble taħt id-direzzjoni artistika ta’ Gordon J. Grech u direzzjoni mużikali ta’ Jsoeph Debrincat.

Michael McIntyre Very Christmassy Christmas Show – TVM fid-9pm

Michael McIntyre jilqa’ bosta mistednin fosthom Jamie Oliver, Mrs Brown, il-komiku Rob Brydon u l-attriċi Barbara Windsor, biex flimkien iwasslu spettaklu tal-Milied li jnissel tbissima fuq wiċċ it-telespettatur.

The 12 Drinks of Christmas – TVM fl-10.05pm

Alexander Armdtrong u Giles Coren ifittxu t-12-il xarba differenti li jgħoddu għal dawn iż-żmien ta’ festi. Bosta drabi ma jaqblux bejniethom iżda finalment huma jridu jaqblu fuq dawn it-12il xarba biex ikunu jistgħu jiċċelebraw dan il-Milied.

L-ERBGĦA 25 TA’ DIĊEMBRU

Malta International Choir Christmas Choir Festival – TVM fid-9am

Mużika għal dawn il-jiem ta’ festi b’filmati mill-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ dan il-festival li kellu s-sehem ta’ 27 kor minn madwar id-dinja, inkluż minn Malta.

Urbi et Orbi – TVM f’nofsinhar

F’xandira diretta titwassal il-barka tal-Papa Franġisku għal dan il-jum.

Joseph Calleja in Concert – TVM fis-1pm

Il-kunċert ta’ Joseph Calleja li ttella’ fil-Furjana f’Awwissu li għadda bis-sehem tal-kantant Taljan Andrea Bocelli.

The Royal Bodyguard – TVM fis-2.30pm

Kummiedja ġdida fjamanta tal-BBC f’sitt puntati li se jkunu qed jixxandru kollha wara xulxin dwar wieħed li jlaħħquh bodyguard irjali wara li jsalva lir-Reġina minn incident. L-inġaġġ tiegħu xejn ma jinżel tajjeb mal-Kurunell Dennis Whiittington  li jrid ine]]I lill-Kaptan Guy Hubble minn din il-kariga ġdida.

Lucy Worsley’s Christmas Carols – TVM fis-6.15pm u TVM 2 fl-10am

L-istorja tal-għanjiet tal-Milied, jew aħjar il-Christmas Carols hekk kif Lucy Worlsey tiskopri bosta kurżitajiet dwarhom, fosthom niskopru għaliex Silent Night kisbet tant popolarita. Matul dan il-programm speċjali naraw is-sehem tal-Hampton Court Choir u The Kingdpm Choir.

Rockestra – TVM fid-8.50pm

Il-kunċert ta’ din is-sena tar-Rockestra bis-sehem tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta taħt id-direzzjoni ta’ Sigmund  Mifsud, bis-sehem ta’ bosta artisti lokali.

Sensilhena – TVM2 fit-8.15pm

Christine titkellem ma’ Marica Mizzi mill-Caritas li titkellem dwar l-oriġini tal-ikla tal-Milied lin-nies li se jkunu weħidhom. L-istoriku tal-arti Hilary Spiteri jitkellem dwar il-presepju tiegħu. Fr. Louis jitkellem dwar is-sinjifikat tal-Milied.