Bosta programme u spettakli bejn illum, it-Tlieta 24 ta’ Diċembru u għada l-Erbgħa, 25 ta’ Diċembru, fuq l-istazzjon nazzjonali ewlieni Taljan, ir-Rai Uno.
IT-TLIETA 24 TA’ DIĊEMBRU
Quddiesa – 9.20pm

F’Xandira diretta l-quddiesa tal-Milied ċċelebrata mill-Papa Franġisku mill-Basilica di San Pietro fl-Italja.
Messaġġi tal-Milied – 11.15pm
Il-messaġġi tal-Milied mill-Isqfijiet Taljani għall-Milied 2019.
Speciale Notte di Natale – 11.30pm

Programm mtella’ bil-kollaborazzjoni ta’ Rai Vaticano u li jitratta s-sinjifikat tal-presepju kif ukoll bosta stejjer oħra fosthom dak ta’ industrijalist Ġappuniż li ddeċieda li jsir Kattoliku, u wkoll l-istejjer ta’ membri tal-Kommunità Sirjana f’Ruma.
L-ERBGĦA 25 TA’ DIĊEMBRU
Lo Zecchino di Natale – 9.20am

Paoli Belli u Gloria Guida jippreżentaw dan il-programm speċjali bis-sehem tal-Kor tal-Antoniano li jwasslu bosta għanjiet tal-Milied. Se tieħu sehem ukoll iċ-ċkejkna Marta Viola li se twassal flimkien mal-kor is-silta La Voce della Terra, li biha ħadet sehem fl-aħħar edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest.
Urbi et Orbi – 11.55am

F’xandira diretta il-messaġġ ta’ awgurju ta’ Papa Franġiskuu.
Kunċert tal-Milied minn Assisi – 12.20pm

Kunċert li ġie rrekordjar fil-jiem li għaddew bis-sehem tal-Orkestra Sinfonika Nazzjonali tar-RAO bil-parteċipazzjoni ta# Massimo Ranieri u l-kor I Piccoli Musici.
An Elephant’s Journey – 2.30pm

Għall-ewwel darba fuq it-televiżjoni Taljana dan il-film tal-2017 b’Elizabeth Hurey fost il-protagonisti dwar tfajjel li jħarrab iljunfant minn fejn ikun miżmum priġunier f’post fl-Afrika t’isfel.
Le Strenne dello Zecchino d’Oro – 4.05pm

Aktar spettaklu u mużika mill-kor tal-Antoniano filwaqt li jitwasslu mill-arkivji l-filmati tad-dwetti storiċi ta’ Topo Gigio ma’ personalitajiet bħal Pippo Baudo, Raffaella Carrà u Milly Carlucci.
Beauty & The Beast – 9.20pm

Bħal kull sena f’Jumm il-Milied film tad-Disney u dan tal-lejla se jixxandar għall-ewwel darba fuq it-TV Taljan. Il-verżjoni tal-2017 tal-musical b’direzzjoni minn Bill Condon.
Beauty and the Beast: The Enchanted Christmas – 11.40pm

Film tal-cartoons tal-1997 fejn naraw lil Belle tħejji għall-festi tal-Milied minkejja li l-Bestja ma jkunx irid jiċċelebra dan il-Jum.