Il-Milied fuq Canale 5

Opera on Ice fil-jum tal-Milied

Għal dawn il-ġranet li ġejjin Canale 5 ħejja għadd ta’ programmi speċjali għall-familja kollha

Dawn huma xi wħud mill-programmi li tista’ ssegwi.

IT-TLIETA 24 TA’ DIĊEMBRU

Il-kunċert tal-Vatikan – 9.25pm

Federica Panicucci tippreżenta dam il-kunċert mill-Vatikan bis-sehem ta’ bosta artisti internazzjonali li jinkludu lil Art Voice Academy, Arisa, Giorgio Albiani, Fabio Armiliato, Susan Boyle, Simone Cristicchi, Elisa,Andrea Griminelli, Alma Manera, Mahmood, Mireille Mathieu, Davide Merlini, Noemi,Orchestra Italiana del Cinema, Piccolo Coro Le Dolci Note, Lionel Richie, Leo Rojas, Fabio Rovazzi, Bonnie Tyler u The Charleston Mass Gospel Choir.

Il-kunċert se jkollu ripetizzjoni f’Jum il-Milied fis-1.40pm.

L-ERBGĦA 25 TA’ DIĊEMBRU

Dolly Parton’s Christmas of Many Colors: Circle of Love –8.40am

Ritratt: Warner

Film ieħor biografiku mit-tfulija ta’ Dolly Parton fejn jawnhekk naraw x’jiġri fil-Milied li missier il-kantanta jkun irid jagħti ċ-ċurkett tat-tieġ lil martu.

L-għada l-Ħamis 26 ta’ Diċembru Canale 5 se jkun qed ixandar  Dolly Parton’s Coat of Many Colours fil-ħin ta’ 8.55am.

Opera on Ice –  4.20pm

Alfonso Signorini jippreżenta dan l-ispettaklu fuq is-silġ li sar f’Ruma f’Ottubru li għadda u li jilqa’ fih uħud mill-art- Canale 5 isti internazzjonali tal-opra u anki dawk tal-figure skating.

Il Peggior Natale della Mia Vita – 9.20pm

Ritratt: OLORADO FILM PRODUCTIONS

Film Taljan tal-2012 bi Diego Abatantuono fejn naraw x’jiġri meta wieħed sinjur jistieden xi ħbieb iqattgħu l-Milied miegħu fil-kastell li jkun għadu kif xtara.

Michael Buble’s Christmas in Hollywood – 11.40pm

Michael Buble u Celine Dion

Kunċert tal-Milied ta’ Michael Buble bis-sehem ta’ artisti bħal Celine Dion, Sharon Jones u Tori Kelly,