Il-midwives ordnati lura fil-parentcraft

Il-President tal-MUMN Paul Pace qal li l-qwiebel li jittieħdu biex jgħinu fil-contact tracing se jkunu ordnati mill-unjin biex jerġgħu jirraportaw lura fis-sezzjoni ta’ parentcraft.

Pace qal li dan qed isir wara li l-unjin irċeviet petizzjoni minn 500 omm wara li semgħu l-karba ta’ dawk li qed jistennew tarbija .

MUMN is recalling all parentcraft midwives from Covid Tracing. Expectant mothers are crying out loud for the Midwives to return to their sterling service..over 500 mothers petitioned taken up by MUMN

Posted by Paul Pace on Wednesday, October 21, 2020

Ilbieraħ fil-parlament, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne stqarr li numru ta’midwives ġew trasferiti għal contact tracing u għal numru ta’ ġimgħat is-servizz tal-parentcraft ġie sospiż.

Fuq mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Herman Schiavone, Fearne qal li filwaqt li jifhem li dan hu s-servizz apprezzat, l-parentcraft kien se jkun sospiż għal xi ġimgħat.

Huwa ħabbar li ċ-ċentri tal-ittestjar qed jipproċessaw mal-3,000 test kuljum, bl-istaff tal-contact tracing u case management jiżdied minn 32 persuna għal 53 f’temp ta’ ġimgħa bl-għan tal-Gvern ikun li dan in-numru jittrippla u se jitilgħu sa 80 sal-ġimgħa d-dieħla. Il-Ministru għas-Saħħa lbieraħ għamel stqarrija fil-parlament dwar il-qagħda tal-pandemija f’Malta fuq talba tal-Oppożizzjoni.