Il-midja tturufnata fil-bitħa tal-Palazz

Nicole Borg

Read in English.

F’waħda mill-iktar avvenimenti sinifikanti fil-pajjiż, il-ħatra tal-ġurament tal-Prim Ministru l-ġdid Robert Abela, il-midja ma tħallietx tidħol, ħlief l-istazzjon nazzjonali.

Il-ġurnalisti u anke l-fotografi, inkluż ta’ Newsbook.com.mt kellhom isegwu ċ-ċerimonja tal-ħatra minn skrin f’kamra fil-bitħa tal-Palazz.

Ċerimonji tal-ħatra jsiru fis-Sala tal-Ambaxxaturi, jew kif inhi magħrufa s-Sala l-Ħamra.

Dwar ir-raġuni għal dan, kelliema għall-President qalet ma’ The Times, li dan seħħ minħabba x-xogħlijiet estensivi ta’ restawr fil-Palazz, u l-aċċessibilità għas-Sala tal-Ambaxxaturi kienet ristretta. Dan minkejja li għexieren ta’ uffiċjali tal-Palazz inġabru biex jifirħu lil Robert Abela.