Il-midja lokali b’leħen wieħed, “Il-pinna tirbaħ lill-biża'”

Il-midja lokali kollha tal-pajjiż għada se tingħaqad flimkien biex tibgħat messaġġ b’saħħtu, “Il-pinna tirbaħ lill-biża’”.
L-Istitu tal-Ġurnalisti Maltin sejjaħ lill-ġurnalisti, xandara u preżentaturi kollha biex iwasslu messaġġ qawwi ta’ determinazzjoni li ħadd u xejn mhu se jwaqqaf jew isikket il-ħidma fit-tfittxija għall-verità.
Barra minn hekk, il-kliem imsemmi se jkun qed jittella’ u jintuża mill-gazzetti, siti elettroniċi tal-aħbarijiet , televixin u radju.
Dal-ftehim inqabel il-Ħamis li għadda, waqt mixja ta’ solidarjetà mal-familja Caruana Galizia, li fiha wkoll l-IĠM ressaq rikors il-Qorti biex il-Maġistrat inkwirenti jiżgura li s-sorsi, l-informazzjoni u d-dejta kunfidenzjali li kellha Daphne Caruana Galizia jiġu protetti.
Sadanittant, għada se ssir mixja nazzjonali b’solidarjetà.