Il-midfielder Sturaro jitlaq lil Juve biex imur il-Portugal

Sporting Lisbon ħabbru l-akkwist ta’ Stefano Sturaro mingħand Juventus. Il-midfielder Taljan, li għandu kuntratt mal-Bianconeri sal-2021, se jingħaqad mal-klabb Portugiż b’self għal sena. Il-midfielder huwa mistenni jibqa’ Turin għal ftit xhur sabiex jirkupra minn injury qabel imur il-Portugal.

Sturaro ssieħeb ma’ Juventus fl-2014 mingħand Genoa u lagħab 90 darba mar-rebbieħa tas-Serie A. Watford kienu interessati wkoll fil-midfielder iżda ż-żewġ klabbs naqsu milli jilħqu ftehim. L-aġent tal-plejer Carlo Volpi stqarr li Cristiano Ronaldo, li beda l-karriera tiegħu ma’ Sporting Lisbon, ħeġġeġ lil Sturaro sabiex jagħżel lit-tim Portugiż.