“Il-mibegħda fuq l-internet għandha ssir att kriminali” – Owen Bonnici

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici kien wieħed minn erba’ Ministri li saħqu li l-pajjiżi m’għandhomx biss jikkriminalizzaw it-tixrid tal-mibegħda fuq l-internet, iżda għandhom ukoll ixerrdu messaġġi pożittivi. 
Flimkien mal-Ministri tal-Ġustizzja Iżraeljan, Taljan u dak Grieg, il-Ministru Bonnici qal li kull tip ta’ mibegħda razzjali, antisemita jew xenofobika, hija ta’ ħsara għad-demokrazija u l-valuri ewlenin ta’ tolleranza.
Qal li l-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea, fl-2008 kien fassal qafas biex jilqa’ kontra forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u xenofobija, u li ddaħħal f’Malta fil-leġiżlatura li għaddiet.
Il-Ministri tkellmu dwar l-effetti reali li l-mibgħeda fuq l-internet tħalli fil-ħajja ta’ kuljum, u stqarru li l-kumpaniji tal-mezzi soċjali għandhom jieħdu azzjoni immedjata biex din ma tibqax tixxerred mibgħeda.  
Ritratt: MJCL