Il-mexxejja tat-Tajwan u ċ-Ċina jiltaqgħu wara 66 sena

It-Tajwan u ċ-Ċina se jiktbu l-istorja, hekk kif għall-ewwel darba wara 66 sena, se jiltaqgħu l-mexxejja tal-pajjiżi.
Iż-żewġ pajjiżi qatt ma kisbu relazzjoni tajba bejniethom minn kemm ilha li spiċċat il-gwerra ċivili tal-1949.
Il-laqgħa bejn il-President Ma Ying-jeou u dak Ċiniż Xi Jinping, mistennija ssir nhar is-Sibt li ġej f’Shangai.
Minn wara l-gwerra ċivili, u r-rebħa tal-Kommunisti, iċ-Ċina baqgħet tiddikjara li t-Tajwan tagħmel parti minnha u dejjem wissiet li tuża forza militari jekk it-Tajwan tagħmel kwalunkwe pass biex tieħu l-libertà
Minkejja dan, ir-relazzjoni bejn it-tnejn issaħħat minn meta ħa postu l-President tat-Tajwan fl-2008.
Fil-laqgħa, iż-żewġ mexxejja mistennija jiddiskutu r-relazzjoni ta’ bejniethom, il-paċi bejn iż-żewġ pajjiżi u biex it-Tajlandja tibqa’ tgawdi l-libertà.