Il-mexxejja tal-UE jiffirmaw il-ftehim ta’ Brexit

Read in English.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kunsill Ewropew iffirmaw il-ftehim ta’ Brexit magħruf aħjar bħala l-UK-EU post-Brexit trade agreement. Id-dokumenti issa mistennija jintbagħtu r-Renju Unit sabiex il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ikun jista’ jiffirma d-dokumenti.

Il-gvernijiet tal-Unjoni Ewropea approvaw il-ftehim biex issa mill-ewwel ta’ Jannar tal-2021 jidħlu fis-seħħ ir-regoli l-ġodda bejn ir-Renju Unit u s-27 pajjiż membru, spjega l-Ministru għall-affarijiet barranin Ġermaniż Heiko Maas.

Il-PM Ingliż diġà ddeskriva dan il-ftehim bħala reżoluzzjoni bejn il-pajjiż u l-UE u mistenni jinkoraġixxi lill-membri parlamentari ingliżi biex jagħtu l-appoġġ tagħhom għal-liġi li tpoġġi fis-seħħ il-ftehim.

Il-gvern ingliż mistenni jgħaddi l-liġi The EU Future Relationship Bill mill-Parlament u b’hekk ikun irnexxielu jgħaddi mill-istadji kollha l-proċess kollu f’ġurnata waħda.