Il-mexxejja tal-PE jaqblu mal-estensjoni għal-Brexit

Wara diskussjoni li saret ilbieraħ, il-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli kiteb lill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk.

Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament Ewropew rrevediet l-istat attwali tal-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropew (EU) fid-dawl tal-aħħar żviluppi u kitbet lill-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, biex jinfurmah li lest jaċċetta t-talba għal estensjoni oħra sal-31 ta’ Jannar 2020.

Il-President Sassoli rrimarka li estenzjoni oħra ssarraf tajjeb għall-Ingilterra biex tkun tista’ tikkjarifika l-pożizzjoni tagħha, u għall-Parlament Ewropew biex jeżerċità l-irwol tiegħu.

Fid-dawl taż-żmien li tali xogħol diliġenti jeħtieġ, il-Konferenza tal-Presidenti nnutat li l-Kunsill Ewropew għandu jaċċetta t-talba li l-Prim Ministru tar-Renju Unit għamel fid-19 ta’ Ottubru 2019 biex jestendi l-perjodu ta’ Artikolu 50 (3) TUE sal-31 ta’ Jannar 2020.

Il-Konferenza tal-Presidenti enfasizzat li d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-estensjoni tqis il-proċedura ta’ kunsens tal-Parlament Ewropew tista’ tibda biss wara r-ratifika tal-Ftehim ta’ Irtirar mir-Renju Unit.