Il-mexxejja tal-Labour jammettu t-tort

Reuters

Jeremy Corbyn u John McDonnell talbu skuża wara t-telfa katastrofika tal-Labour fl-elezzjoni tal-Ħamis li għadda fir-Renju Unit. Huma tilfu total ta’ 59 siġġu parlamentari.

Mal-BBC Corbyn li huwa l-mexxej tal-partit qal li ddispjaċih li tilfu dawk is-siġġijiet kollha, intant McDonnell li huwa x-shadow chancellor sostna li jerfa’ r-responsabbiltà ta’ dak li sejjaħlu diżastru. Huma qalu li se jirreżenjaw mill-irwoli tagħhom mas-sena l-ġdida.

Jidher li t-tfittxija għal min se jkun qed jieħu l-irwol tagħha diġà tinsab għaddejja. Il-Membru Parlamentari Lisa Nandy qalet għall-ewwel darba li hija interessata li tikkontesta.

McDonnell qal li l-Kumitat Nazzjonali Eżekuttiv tal-Labour jagħżel kif għandha ssir l-elezzjoni għat-tmexxija l-ġdida. Qal iżda li din l-elezzjoni għandha ssir bejn tmien u 10 ġimgħat oħra.

Din kienet l-agħar elezzjoni għal-Labour mill-1935.