Il-Mexxejja tal-Knejjes fis-Sudan t’Isfel joħorġu Messaġġ tal-Milied flimkien

Il-President tas-Sudan t’isfel Salva Kiir Mayardit u l-ex Viċi President Riek Machar. (PETERLOUIS)

Filwaqt li s-sitwazzjoni fis-Sudan t’Isfel kemm mill-aspett uman u dak ambjentali kif ukoll bħala soċjetà qed ikomplu jeħżienu, il-mexxejj tal-Knejjes fil-pajjiż, ħarġu messaġġ konġunt li fih appellaw biex ikunu rispettati d-differenzi u jiżdiedu l-isforzi għall-paċi fil-pajjiż.

Il-messaġġ kien iffirmat mill-Isqfijiet u mexxejja tal-Knsija Kattolika, l-Knisja Episkopali, il-Knisja Presbiterjana u dik Pentekostali. Fost dawn l-Isqfijiet kien hemm l-Arċisqof Kattoliku ta’ Juba, Paolino Lukudu Loro.

Il-mexxejja reliġjużi qalu li “l-ewwel nies li raw l-umiltà glorjuża tas-Salvatur, wara Marija u Ġużeppi, kienu r-ragħajja u ma kienux skandalizzati mill-faqar tiegħu. Anzi bħal Marija, ħarsu lejn il-glorja tiegħu b’għajnejn sempliċi”.

Irjieħ ta’sfida

Filwaqt li jagħrfu il-kunflitti li għadhom għaddejjin u joħolqu tbatija lill-poplu u l-pajjiż minkejja l-Ftehim li kien iffirmat is-sena li għaddiet biex ikunu riżolti l-kunfitti fis-Sudan t’Isfel, il-mexxejja tal-Knejjes appellaw lill-poplu biex f’Ġesù bambin, jaraw lil dawk kollha li qed isofru.

“F’dawn il-jiem ta’ festa ejja nitolbu lill-Alla għall paċi, fejqan, maħfra u rikonċiljazzjoni għal dan il-pajjiż” appellaw l-Isqfijiet filwaqt li urew it-tama li tirbaħ ir-rieda biex  ikompli d-djalogu biex fl-aħħarnett tinstab soluzzjoni.

“Aħna naraw lil Ġesù Bambin l-uċuħ tat-tfal u l-poplu ts-Sudan t’Isfel”.

Il-mexxejja nsara nkoraġġew lill-poplu biex jagħraf wiċċ Ġesù f’dawk kollha milquta mill-kunflitt, dawk li spiċċaw bil-ġuħ jew morda, dawk bla dar u bla mpjieg u dawk it-tfal li keinu mġiegħla jaħdmu jew jidħlu suldati.

“Ejja almenu niksbu mill-ġdid ir-rispett għad-dinjità ta’ kull persuna billi nimpenjaw ruħna flimkien biex nibnu l-fibra tas-soċjetà, bla ma noqgħodu nħarsu lejn id-differenzi etniċi ta’ bejnietna”.

Minkejja l-ħafna sfidi, il-mexxejja faħħru lil dawk il-partiti li għażlu li jimxu mal-Ftehim tas-sena l-oħra filwaqt li appellaw lil dawk li ma ffrimawħx biex iwaqqfu l-ġlied u jfittxu t-triq tad-djalogu.

“Ejjew ningħaqdu biex nagħmlu mill-2020 sena ta’ paċi u tama għall- għall-poplu tas-Sudan t’Isfel”, jappella l-messaġġ.

Imbierek min ifittex il-paċi

Il-mexxejja tal-Knejjes irringrazzjaw lil dawk li għenu biex tinstab il-paċi fil-pajjiż fosthom dawk li ffaċilitaw il-laqgħat bejn il-partiti u l-organiżazzjjonijiet umanitarji kollha.

Il-messaġġ jilqa’ bil-ferħa l-elezzjoni ta’ Andallah Hamdock, il-Prim Ministru tas-Sudan t’Isfel bħala Chairman tal-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp u appellawlu biex jagħmel bħala l-ewwel prijorità tal-ħidma tiegħu, l-isforzi għall-paċi.

Madankollu, l-Isqfijiet urew it-tħassib tagħhom għal mod kajman li bih qed jitwettaq il-ftehim tal-paċi u sostnew li “d-dewmien kontinwu jissarraf f’estensjoni tat-tbatija tal-poplu u jkisser it-tama għal paċi dejjiema fil-pajjiż”.

Fl-aħħarnett, il-mexxejja reliġjużi, afdaw lill-poplu u lill-mexxejja politiċi, f’Ġesù Bambin u talbu biex “jerġa’  jibda djalogu seren bejn id-diversi partijiet tas-soċjetà għall-benefiċċju tal-poplu maħbub tas-Sudan t’Isfel”.