Il-mexxejja tal-Ġappun, taċ-Ċina u tal-Korea t’Isfel jiltaqgħu wara tliet snin

Fl-ewwel laqgħa wara tliet snin bejn il-mexxejja tal-Ġappun, taċ-Ċina u tal-Korea t'Isfel, qalu li rranġaw kompletament ir-relazzjonijet ta’ bejniethom dwar i-kummerċ u s-sigurtà.
Huma qalu li qablu li jerġgħu jibdew il-laqgħat trilaterali regolari, wara li dawn kienu ilhom miżmuma mill-2012.
Qablu wkoll dwar aktar kooperazzjoni ekonomika bejniethom.
It-taħditiet fil-Korea t'Isfel, f’Seoul, kienu tentattiv sabiex itaffu s-sentimenti ħżiena mit-tilwim territorjali u min-nuqqas ta’ ftehim storiċi li kien hemm.