Il-Mexxejja tal-G7 viċin li jilħqu ftehim dwar in-nirien tal-Amażonja

France's President Emmanuel Macron gestures as he speaks to the press after a plenary session at the Bellevue centre in Biarritz, France August 25, 2019. Ludovic Marin/Pool via REUTERS

Read in English.

Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li l-mexxejja tal-G7 jinsabu viċin li jilħċu ftehim dwar kif ser jipprovdu għajnuna biex tiġi miġġielda l-problema tan-nirien li qed jaħkmu l-foresta Amażonja.

Macron qal li hemm konverġenza dwar kif ser jiġu mgħejjuna l-pajjiżi milquta minn dawn in-nirien.

Il-mexxeja tar-Renju Unit, l-Istati Uniti, l-Ġappun, l-Ġermanja, Franza, l-Kanada u l-Italja qed jiddiskutu l-għajnuna kemm fuq livell tekniku kif ukoll fuq livell finanzjarju.

Kien il-President Franċiż li poġġa dawn in-nirien fuq nett ta’ l-aġenda tal-laqgħa tal-G7 meta ddikjara s-sitwazzjoni hija ta’ emerġenza globali.