Il-mexxejja tal-G20 għajr Donald Trump se jibqgħu għaddejjin bil-ftehim ta’ Pariġi

Minkejja l-irtirar tal-Istati Uniti mill-ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima, il-mexxejja tad-19-il pajjiż l-ieħor tal-G20 qablu bejniethom li dak li kien hemm qbil dwaru huwa rriversibbli.
Wara li d-diskussjonijiet ħadu fit-tul iżjed milli mistenni, tant li tefgħu lura l-kumplament tal-aġenda tas-Summit tal-G20, fl-aħħar sigħat il-mexxejja l-oħra ddikjaraw li filwaqt li jinnotaw l-irtirar tal-Istati Uniti, huma se jibqgħu kommessi li jżommu mal-miri li diġà kien hemm qbil dwarhom.
Dan il-qbil wasal ukoll fid-dawl ta' lejl sħiħ ta' protesti vjolenti fil-belt ta' Hamburg fil-Ġermanja fejn bħalissa qed jiltaqgħu il-mexxejja tal-pajjiżi.
Intant il-President Amerikan, Donald Trump wara li kien ikkritika l-ftehim ta' Pariġi għax fi kliemu kien se jitfa' lura l-industrija tal-faħam u l-ħaddiema fl-Istati Uniti, iddikjara li se jkun qed jagħmel minn kollox, biex din l-industrija terġa' tqum fuq saqajha.