Il-mexxejja politiċi jirrilassaw

Ħin għall-mistrieħ kulħadd għandu bżonnu, anke l-mexxejja politiċi.

Fl-aħħar sigħat kemm il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat, kif ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia tellgħu ritratti fuq il-mezzi soċjali.

Fuq Instagram, Dr Muscat liebes beritta, ħa ritratt fil-karozza ma’ wliedu Etoile u Soleil, flimkien mal-Ħabiba, il-kelba tal-familja.

View this post on Instagram

#saturday #roadtrip

A post shared by Joseph Muscat (@josephmuscat_jm) on

Min-naħa l-oħra, fuq Facebook, Dr Delia ħa sensiela ta’ ritratti fosthom ma’ żgħażagħ waqt il-festa ta’ Għajnsielem.

Il-festi huma l-vetrina għan-nies u ż-żgħażagħ biex juru t-talenti tagħhom u l-imħabba lejn it-tradizzjonijiet u l-lokalitajiet. Fost l-Għawdxin għall-festa f'Għajnsielem. #malta #socjetalijimpurtaha

Posted by Adrian Delia on Saturday, August 25, 2018