Il-mexxejja jaslu fi Franza llum għal summit ta’ 3 ijiem

French President Emmanuel Macron delivers a speech on environment and social equality to business leaders on the eve of the G7 summit in Paris, France August 23, 2019. Michel Spingler/Pool via REUTERS

Read in English.

Il-mexxejja tan-nazzjonijiet se jaslu Franza llum għall-G7 summit li se jdum tliet ijiem fir-resort ħdejn il-baħar magħruf bħala Biarritz.

Il-President ta’ Franza Emmanuel Macron irid lill-mexxejja tar-Renju Unit, il-Kanada, il-Ġermanja, l-Italja, il-Ġappun u l-Istati Uniti sabiex jiffukaw fuq id-difiża tad-demokrazija, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-edukazzjoni u t-tibdil fil-klima. Hu stieden ukoll il-mexxejja tal-Asja, l-Afrika u l-Amerika Latina sabiex jingħaqdu magħhom għal sforz globali dwar dawn l-ispunti.

Minħabba l-gwerra tan-negozjar bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti, il-gvernijiet Ewropej mhux qed jirnexxielhom inaqqsu t-tensjoni bejn Washington u Tehran u hemm kundanna globali li qed tikber fuq in-nirien illegali li ħakmu lill-Amazon, l-agenda tiegħu jaf tinbidel xi ftit.