Il-mexxejja Ewropej jaqblu fuq rilokazzjoni ta’ 40,000 immigrant

Il-Mexxejja tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, fi Brussel laħqu ftehim dwar ir-rilokazzjoni ta’ eluf ta’ immigranti li waslu fl-Italja u l-Greċja.
Iċ-Chairman tas-Summit, Donald Tusk qal li mal-40,000 immigrant se jkunu qed jiġu rilokati fi stati membri oħra tal-UE.
Minkejja dan, is-summit, li ddiskuta fost l-oħrajn l-immigrazzjoni u l-kriżi fil-Greċja, ma wassalx għall-konklużjoni dwar is-sistema tal-kwota.
L-aħħar figuri li ħarġet in-Nazzjonijiet Maqgħuda juru li mat-63,000 immigrant waslu fil-Greċja waqt li fl-Italja ddaħħlu iktar minn 62,000.