Il-mexxejja dinjin flimkien għal-Libanu

Il-President Franċiż Emanuel Macron ħabbar li l-mexxejja dinjin se jiltaqgħu b’mod virtwali illum l-Ħadd biex jilħqu ftehim dwar kif se jgħinu finanzjarjament lil Lebanon wara l-ispluzzijijiet li seħew f’Beirut.

Il-laqgħa se ssir fuq inizjattiva ta’ Macron u n-Nazzjonijiet Uniti. Il-President Amerikan Donald Trum qal li qed jippjana li jingħaqad mal-mexxejja l-oħra.

Fl-ispluzzjonijiet mietu 158 persuna waqt li ħames t’elf weġgħu u 300,000 spiċċaw bla dar.

Ilbieraħ eluf nieżlu fit-triq bil-pulizija jisparaw gass tad-dmugħ fuq id-dimostranti li ħebbew fuq il-ministri tal-Gvern.

F’indirizz televiżiv, il-President Lebaniż Hassan Diab qal li jitlob elezzjoni bikrija biex joħroġ minn din il-kriżi.