Il-mexxej tal-PD l-ewwel kandidat għal MEP

Il-Partit Demokratiku għażel lill-mexxej tal-Partit, Anthony Buttigieg bħala kandidat għall-elezzjoni tal-Unjoni Ewropea li se ssir f’Mejju li ġej. Huwa qal li jixtieq li jieħu din il-kampanja bis-serjetà u għalhekk talab biex fl-interess tal-Partit jinħatar mexxej ġdid. Din id-deċiżjoni, skont stqarrija maħruġa mill-Partit Demokratiku, kienet meħud wara konsultazzjoni li saret mal-eżekuttiv tal-Partit.

Buttigieg se jieqaf mill-kariga tiegħu bħala l-mexxej tal-Partit Demokratiku nhar il-21 ta’ Settembru biex b’hekk tkun tista’ tiġi eletta persuna oħra.