Il-mexxej tal-Moviment ta’ 5 Stilel jitlob vot ta’ fiduċja

FILE PHOTO: 5 Star leader and Italian Deputy Prime Minister Luigi di Maio presents his EU election program in Rome, Italy, May 2, 2019. REUTERS/Yara Nardi

Il-mexxej tal-Moviment ta’ Ħames Stilel fl-Italja, Luigi Di Maio, qal illum li se jkun qed jitlob vot ta’ fiduċja mis-segwaċi tal-partit wara li tilef l-elezzjonijiet Ewropej.

Il-vot se jittieħed online għada, fuq pjattaforma dedikata għall-partit. Di Maio, li huwa d-Deputat Prim Minister fi Gvern ta’ koalizzjoni mal-Partit Lega tal-Lemin Estrem.

Sostna li llum għandu d-dritt li jisma’ dak li s-segwaċi tiegħu jaħsbu dwar it-tmexxija tiegħu. Qal li jrid jisma’ l-vuċi taċ-ċittadini li eleġġewh bħala mexxej politiku ftit snin ilu.

Il-Lega rebaħ l-elezzjoni b’34.3% tal-voti fl-elezzjoni. Huma rċevew id-doppju tal-voti li rċieva l-Moviment, li kiseb 17.1% tal-voti u  niżel fit-tielet post hekk kif il-Partit Demokratiku tela’ fit-tieni post.