Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat igħid li din l-elezzjoni hi waħda differenti

Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li din l-elezzjoni hi waħda differenti għax trid twassal għal sistema politika differenti.

Joseph Muscat qal dan meta kien qed jitkellem waqt programm televiżiv mis-Siġġiewi. Huwa kompla jgħid li ħadd m’għandu l-monopolju tas-sewwa u qatt ma jkun fuq l-istess naħa. Saħaq li filwaqt li fis-Sittinijiet il-Partit Laburista kien jidher ċar li hu s-sewwa minkejja li ma rebaħx elezzjoni waħda, fl-istess waqt fit-tmenijiet il-Partit Nazzjonalista kien fuq in-naħa tas-sewwa ta’ l-istorja.

Il-Mexxej Laburista qal li l-Partit Laburista sema’ lill-poplu u mill-poplu u issa qed joffri alternattiva serena lin-nies. Saħaq li ma rridux nibqgħu naħsbu bħal fl-imgħoddi li firidna iżda npoġġu bejnietna u naraw fejn hi t-triq tas-sewwa. Temm igħid li kollox qed juri li s-sewwa tinsab f’bidla fid-direzzjoni. Tkellem ukoll dwar it-tkabbir ekonomiku li jrid jaħdem għalih partit laburista, u semma l-mobilità u l-ġustizzja soċjali.