Il-Mexxej Laburista jitkellem dwar il-bżonn li titnaddaf il-politika

Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li politika negattiva u personali ma tagħmilx ġid u għalhekk jemmnu li gvern ġdid għandu jkun onest man-nies.

Joseph Muscat qal dan meta kien qed jitkellem fix-Xgħajra Għawdex. Huwa qal li fejn isir żball għandu jkun ikkoreġut u m’hemmx lok li wieħed iwebbes rasu sabiex jiskurja xi gowls politiċi. Il-Mexxej Laburista tkellem dwar il-bżonn li titnaddaf il-politika u saħaq li Gvern Laburista jdaħħal il-liġi tal-Whistleblower, tal-finanzjament tal-partiti u jneħħi l-preskrizzjoni minn fuq il-politiċi.

Il-Mexxej Laburista tkellem ukoll dwar il-qasam tal-enerġija, tal-arti u l-kultura u dwar il-garanzija ta’ tagħlim, taħriġ u xogħol għaż-żgħażagħ.