Il-mexxej Laburista jisħaq fuq l-importanza tal-ħwienet fl-ekonomija

Il-mexxej Laburista qal li m’għandux ikun hawn negozji tal-ewwel u tat-tieni klassi. Dan għaliex kull tip ta’ negozju, min-negozji kbar għal ħwienet żgħar, bejjiegħa tal-monti u Supermarkets huma kollha importanti għall-ekonomija ta’ pajjiżna.

Dr Muscat qal dan waqt żjara f’Supermarket, f’Ħal Qormi.

Il-mexxej Laburista tkellem dwar l-importanza li għandhom il-ħwienet fl-ekonomija ta’ pajjiżna, filwaqt li saħaq li dawn is-servizzi kollha, għandhom post f’pajjiżna.

Hu sostna li kull min qed jinvesti, jkun xi jkun it-tip ta’ investiment li jkun qed jagħmel, jassigura li tingħata l-għajnuna kollha sabiex b’hekk ikunu anke maħluqa impjiegi oħra.