Il-mewt ta’ bintu wasslitu biex jieqaf jabortixxi t-trabi – LNFM

Tabib li xogħlu kien speċifikament li jabortixxi t-trabi, waqaf jagħmel dan wara li bintu ta’ sitt snin ittajret minn karozza u mietet.

Dr Anthony Levantino se jkun wieħed mill-kelliema tal-Life Fest 2019 li qed jiġi organizzat mill-Life Network Foundation Malta (LNFM). L-avveniment se jkun qed isir nhar il-Ħadd l-1 ta’ Diċembru fis-2pm fil-Belt Valletta.

It-tabib Levantino kien ukoll l-attur prinċipali fil-film Unplanned li kien deher għall-ewwel darba f’Malta fit-30 ta’ Ottubru. Hu kien jemmen li meta jabortixxi tarbija, jkun qed jgħin lin-nisa. Tant li wettaq 1,200 abort tal-ewwel u t-tieni trimestru. Hu u martu kellhom problema biex ikollhom it-tfal u bdew ifittxu biex jadottaw. Eventwalment l-idea li qed jabortixxi t-trabi fl-istess waqt li qed ifittex biex jadotta bdiet tieklu minn ġewwa.

Hu u martu eventwalment adottaw tifla u ftit wara saru jafu li martu rnexxielha tinqabad tqila. Fl-istess żmien, it-tabib kompla jabortixxi, sakemm darba, bintu li kien għad kellha biss sitt snin intlaqtet minn karozza u mietet quddiem darhom. It-telfa ta’ bintu weġġgħatu tant li ddeċieda li jieqaf jabortixxi trabi.

Dawk kollha li huma interessati li jattendu għal dan l-avveniment favur il-ħajja, għandhom imorru fil-Pjazza ta’ Jean De La Vallette. Minn hemm, se ssir mixja lejn Triq ir-Repubblika u tintemm quddiem il-Parlament.

Kelliema oħra se tkun Rachel Makenzie, li abortiet żewġt itrabi meta kien għad kellha inqas minn 20 sena.