Il-MEUSAC b’għodda edukattiva għall-għalliema dwar l-Unjoni Ewropea

Ġiet ippreżentata għodda edukattiva interattiva għall-għalliema dwar l-Unjoni Ewropea.
Din l-għodda f’forma ta’ DVD bit-tema Europe and the European Union ġiet żviluppata mill-MEUSAC biex ikompli jqarreb l-Unjoni Ewropea lejn l-istudenti u ċ-ċittadini.
Id-DVD, li huwa bl-Ingliż, jikkonsisti f’erba’ taqsimiet dwar l-istorja tal-Unjoni Ewropea, Malta fl-Unjoni Ewropea, Kif taħdem l-Unjoni Ewropea u Kif l-Unjoni Ewropea taffettwa l-ħajja tagħna ta’ kuljum.
Il-proġett sar b’fondi Ewropej bi ftehim bejn il-MEUSAC u l-Kummissjoni Ewropea, bil-kollaborazzjoni tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea u l-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta.
Fil-ġranet li ġejjin, id-DVD se jitqassam lill-għalliema fl-iskejjel primarji u sekondarji kollha f’Malta u f’Għawdex. 

Ritratt: DOI – Reuben Piscopo