Il-Messiku u l-Guatemala jipprotestaw kontra l-Ftehim tal-Amerika dwar l-emigranti

Immigranti mill-Guaemala jaqsmu x-xmara Suchiate fil-Messiku. (ANSA)

Emigrazzjoni fl-Istati Uniti li biha dawk li qed ifittxu ażil se jintbagħtu fil-Guatemala sakemm it-talbiet tagħhom ikunu proċessati fl-Istati Uniti.

Guatemala is-sena li għaddiet kellha tiffirma ftehim mal-Istati Uniti, wara li l-amministrazzjoni tal-President Donald Trump wissa’ lill-Gvern li jwaqqaflu kull għajnuna lil-Amerika tagħti lill-Guatemala jekk ma taċċettax dan il-ftehim.

L-Amerikani qed jinsistu li sriebet ta’ emigranti mill-Amerika Ċentrali li jgħaddu mill-Guatemala biex jaslu fil-Messiku biex imorru fuq il-fruntiera mal-Istati Uniti biex jitolbu ażil għandhom jintbagħtu lura fil-Guatemala u joqgħodu jistennew hemm sakemm ikollhom risposta għat-talba tagħhom.

Ftit aċċettati

Huma ftit dawk li se jgħaddu minn dan il-proċess li għandhom tama li t-talba tagħhom għal ażil tkun aċċettata mill-amministrazzjoni Amerikana.  Issa d-Dipartiment tal-Istat Amerikan qed jgħid li dan se jibda japplika wkoll għal xi Messikani li jfittxu ażil.  Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Messikan ikkritika dan l-iżvilupp. Il-Messiku qed jirrifjuta bil-qawwa kollha li jsir dak li jissejjaħ “third nation safe haven”.

Il-ftehim bejn il-Gvern Amerikan u dak tal-Guatemala kien iffirmat mill-ex President Jimmy Morales. Iżda l-President il-ġdid tal-Guatemala Alejandro Giammattei, li se jieħu l-ġurament aktar tard dan ix-xahar iddikjara li se jara mill-ġdid dan il-ftehim.  Dan aktarx joħloqlu problemi mal-Istati Uniti.

Madankollu, l-awtoritajiet tal-Guatemala qed jinsistu li huma m’għandhomx flus u faċilitajiet biex ilaġġqu mal-mewġa tal-emigranti li qed ifittxu ażil, li b’dan il-ftehim jistgħu jispiċċaw idumu f’pajjiżhom għal tul ta’ żmien. Il-Honduras u El Salvador ukoll iffirmaw ftehim simili mal-Istati Uiti.

Anke l-Messiku ffaċċja sanzjonijiet mill-Istati Uniti imma rnexxielu jnaqqas b’mod sinjifikanti in-numru ta’ emigranti mingħajr dokumenti billi bagħat eluf ta’  suldati fuq il-fruntieri biex ma jħallux emigranti jidħlu f’pajjiżhom. Filwaqt li sa ftit żmien ilu, eluf kbar ta’ emigranti kien jirnexxielhom jaslu f’Mexico City u jagħmlu kampijiet fl-istadium tal-futbol, qabel ikomplu triqthom lejn il-frunitiera Amerikana, illum ħadd jew ftit qed jirnexxielhom jaslu sal-kapitali Messikana.