Il-Messaġġ tal-Papa lid-dinja fl-Għid il-Kbir

Waqt l-edizzjoni tal-lejla ta’ Sensilhena li jixxandar fuq TVM2 fit-8.15pm, Christine Delicata se titkellem ma’ Fr Rene Camilleri, Fr Brendan Gatt u Sonia Camilleri dwar il-Messaġġ tal-Papa lid-dinja fl-Għid il-Kbir. Forsi hemm min jgħid li kien messaġġ politiku? Imma jekk kien hekk, id-dinja għandha bżonn lil xi ħadd jitkellem il-verità fuq dak li qed ngħixu llum?

Għalkemm għaddew iżjed minn ħmistax mill-festa tal-Għid il-Kbir, il-messaġġ għadu wieħed rilevanti għall-aħħar, u mhux biss għaliex il-Knisja għadha, skont il-Kalendarju Liturġiku, fi Żmien il-Għid.

L-istoriku tal-Arti Hilary Spiteri se jitkellem dwar pittura ta’ Guido Reni li turi lil Ġesù Rxoxt, liema pittura tinsab fil-Mużew tal-Arti l-Belt.

Produzzjoni eżekuttiva ta’ CPI Media, direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia MSSP u Paul Jones.