Il-messaġġ dwar il-‘copyright’ fuq Facebook huwa falz

Messaġġ dwar id-drittjiet riżervat tal-awtur jew tal-“copyright” li qed jixxerred fuq Facebook huwa falz.
Dan wara li dan l-aħħar eluf ta’ persuni li jużaw Facebook, fuq il-profil tagħhom qed jerġgħu ixerrdu l-messaġġ dwar il-copyright.
Il-kumpanija Facebook iddeskriviet dan il-messaġġ bħala wieħed falz fejn anka minn tfitxxija fuq Google jirriżulta li lanqas biss teżisti l-Konvenzjoni ta’ Berner li tiġi kkwotata fl-istess messaġġ.
Għalhekk jekk inti nkwetat dwar il-privatezza tal-profil tiegħek fuq Facebook, tista’ sserraħ rasek.
Il-profil tiegħek fuq Facebook huwa sigur!
Jekk għandek xi dubbju dwar dan, tista’ dejjem tikkonferma s-settings tal-privatezza tiegħek billi tikklikkja fuq il-parti ta’ fuq tal-lemin tal-iscreen ta’ Facebook.