Il-MEPA tniedi konsultazzjoni dwar iż-żona industrijali tal-Imrieħel

Il-MEPA ħarġet, għal konsultazzjoni pubblika, dokument dwar linji-gwida ġodda u policies ġodda għaż-żona industrijali tal-Imrieħel.
L-għan hu li jiġu stabbiliti linji-gwida ġenerali li jgħinu għar-riġenerazzjoni ta’ dawn l-inħawi, biex ikunu iktar attraenti, ħodor u effiċjenti.
Id-dokument jikkunsidra wkoll l-impatt ta’ landmarks fl-inħawi u anke tal-veduti mill-Imdina sal-Belt Valletta.
L-istrateġija tagħti definizzjoni mill-ġdid tal-konfini taż-żona industrijali, b’attenzjoni għall-bżonnijiet industrijali u kummerċjali tal-lum u tal-futur mingħajr ma jinħolqu impatti ambjentali negattivi.
Id-dettalji kollha jinsabu fuq is-sit tal-MEPA, b’aċċess dirett minn hawn
Il-konsultazzjoni pubblika tagħlaq sal-Ġimgħa 22 ta' Jannar.