Il-MEPA tirrifjuta u tissospendi applikazzjonijet ta’ żvilupp fil-Port Ħieles

Il-bord tal-MEPA irrifjuta l-permess biex ikomplu x-xogħlijiet ta’ dredging fit-terminal numru 1 tal-Port Ħieles, qrib ta’ żona residenzjali f’Birżebbuġa.
Il-MEPA qalet li d-deċiżjoni ġiet ibbażata fuq id-dokument SPED dwar l-iżvilupp u l-kosta.
Il-bord tal-MEPA issospenda wkoll l-applikazzjoni għat-tibdil tal-krejnijiet fil-Port Ħieles, minħabba li jistgħu jaffetwaw is-sigurtà fl-ajru fl-inħawi.
L-Awtorità enfasizzat li se żomm €955,000 f’planning gain kif ukoll multa ta’ €50,000.
F’deċiżjoni separata, il-bord tal-MEPA approva it-tiġdid tal-permess tal-ippjanar tal-lukanda Phoenicia sabiex tkabbar u tipprovdi aktar kmamar filwaqt li jsir ir-restawr u rinovar ta’ stallel li hemm biswit.
Ġie approvat ukoll il-permess għat-twaqqigħ tal-pixxina u tinbena pixxina oħra li tkun kumpatibbli mal-pajsaġġ.
Dawn ix-xogħlijiet se jsiru b’investiment ta’ €11-il miljun.