Il-MEPA ma tagħtix permess għal pompa tal-petrol fil-Magħtab

Il-MEPA rrifjutat applikazzjoni għall-pompa tal-petrol kontroversjali f’żona barra mill-iżvilupp fil-Magħtab.
Id-deċiżjoni ttieħdet illum wara li s-smigħ tal-ġimgħa li għaddiet ġie pospost minħabba argument bejn iċ-ċermen tal-MEPA Vince Cassar u l-Perit Carmel Cacopardo, li tkellem f’isem ir-residenti.
Tliet membri tal-bord biss ivvutaw favur din l-applikazzjoni.
L-applikazzjoni kienet tinkludi t-twaqqiegħ ta’ żewġ irziezet abbandunati biex tinbena pompa tal-petrol b’charging station għall-karozzi tal-elettriku, car wash, ħanut, servizz ta’ mekkanik u parkeġġ li jesa’ 17-il karozza.
Iż-żona inkwistjoni tkopri 3,593 metru kwadru.