Il-MEPA tiddeċiedi li l-belveder tan-Nadur għandu jibqa’ jitgawda min-nies

Il-bord tal-MEPA ddeċieda li jissalvagwardja l-belveder fin-Nadur u ma laqax applikazzjoni għall-ippjanar fejn kienu se jitneħħew railings ta’ 12-il metru u minflok jinbena ħajta għoli kważi metru u nofs.
Din l-applikazzjoni kienet tressqet għad-deċiżjoni tal-MEPA wara li fl-2004, il-Qorti kienet iddeċidiet favur l-applikanti u kien ingħata d-dritt li jgħatti propjetà li għandu taħt il-belveder.
Il-MEPA enfasizzat li skont il-politika tal-ippjanar, l-iżvilupp propost kien se jeqred it-tgawdija tal-post u l-green area eżistenti fl-inħawi.