Il-MEPA tapprova l-proġett fil-Mistra

Il-MEPA approvat il-proġett ta’ kumpanija mill-Kuwajt għal żvilupp fil-Mistra.

Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-bini se jonqos bi kwazi 20% mill-pjanti oriġinali li kienu tressqu.

Il-proġett se jkun qed jikkonsisti f’744 appartament residenzjali, ħwienet, ristoranti u spazju miftuħ.

Oriġinarjament il-proġett kien jikkonsisti f’aktar minn 990 appartament.

Talba li saret minn Din l-Art Ħelwa biex tkun revokata l-outline permit ta' proġett ma ġietx milqugħa.