Il-MEPA tapprova l-iżvilupp ta’ kumpless f’Ħal Ferħ

Iktar kmieni dalgħodu l-MEPA approvat l-iżvilupp ta’ kumpless f’Ħal Ferħ.

Dan il-kumpless se jkun jinkludi reception area, restorants u spazju ta’ parkeġġ għal 293 karozza. Dan il-parkeġġ se jkun mibni taħt l-art. Il-kumpless kollu se jkun imdawwar bi ġnien miftuħ ta’ madwar 12,000 metru kwadru. Il-kappella li hemm f’Ħal Ferħ ser tinżamm u se tiġi restorata.

Apparti parkeġġ taħt l-art, dan il-kumpless se jkollu parkeġġ barra li jakkomoda 330 karozza. It-triq li tagħti għall-Manikata ser tiġi mwessa’ biex iżżid l-aċċessibilita’. Fuq rakomandazzjoni tal-Culutral Heritage u l-MEPA, se jiġu allokati €20,000 għal restawr tal-baracks li hemm f’Għajn Tuffieħa.