Il-MEPA tapprova l-estensjoni fl-isptar Mater Dei

Il-MEPA approvat l-applikazzjoni għall-estensjoni tal-isptar Mater Dei.
Dan l-iżvilupp se jinkludi l-bini ta’ blokka li se takkomoda sala għall-emerġenzi li se jkun fiha 68 sodda.
Din il-blokka ta’ tliet sulati se tinkludi wkoll taqsima f’każ ta’ kriżi.
L-applikazzjoni mressqa mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi hija differenti minn dik li kienet diġà ġiet approvata f’Ġunju li għadda.
L-estensjoni l-ġdida se tinbena fuq medda ta’ art li tinsab bejn il-kamra mortwarja u s-swali tal-emerġenza.