Il-MEPA tapprova l-bini tal-irziezet fil-limiti tas-Siġġiewi

Il-MEPA approvat il-bini ta’ 12-il razzett fl-inħawi magħrufa bħala ta’ San Niklaw fil-limiti tas-Siġġiewi qrib il-Qrendi.
Dan l-iżvilupp ġie approvat bi 11-il vot favur u wieħed kontra.
Kien id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus li vvota kontra. Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi kien qed joġġezzjona mal-MEPA, kontra din il-proposta tal-Gvern biex jinbnew l-irziezet.
Fi stqarrija l-Kunsill Lokali qal li jista’ jkun hemm irwejjaħ ikkawżati mill-ammont ta’ baqar li se jkunu qed jitrabbew f’dawn l-irziezet.
Il-Kunsill sostna wkoll li l-proġett jista’ jkollu impatt viżwali negattiv.