Il-MEPA tapprova estensjoni u parkeġġ taħt l-art fl-Università

Il-MEPA approvat l-applikazzjoni għall-bini ta’ estensjoni tal-kampus fl-Università u l-bini ta’ parkeġġ taħt l-art għal 290 karozza.
L-iżvilupp se jkun qed jinkludi wkoll sala tal-eżebizzjoni, sala tal-konferenzi u roof garden.
L-estensjoni se tinkludi uffiċċji ġodda, laboratorji għar-riċerka u t-tagħlim, workshop u faċilitajiet oħra għal-lezzjonijiet.
L-iżvilupp se jsir fuq medda ta’ 12,850 metru kwadru qrib barrieri li mhux qed jintużaw.
Il-bord tal-MEPA approva wkoll l-applikazzjonijiet għall-bini ta’ villaġġ għax-xiri bejn Ħ’Attard u l-Mosta u l-bini ta’ supermarkit fil-Mosta.