“Il-mentalità ta’ ċerti nies dwar is-suġġetti kreattivi trid tinbidel”

Fl-aħħar parti tal-filmat ‘Back to School’, l-Assistent Kap tal-iskola San Andrea, Trevor Templeman jitkellem ma’ Newsbook.com.mt dwar is-suġġetti kreattivi, bħad-drama, il-P.E. u l-mużika, u kemm dawn is-suġġetti huma importanti għas-saħħa ħolistika tat-tfal… u saħansitra  jistgħu jgħinuhom fil-karriera li jagħżlu meta jikbru.

Jagħtu l-opinjoni tagħhom ukoll Jake Armeni u Keilen Xuereb; it-tnejn huma studenti fi ħdan l-iskola tad-drama Hoi Polloi.