Il-memorji u l-innoċenza fid-diska ‘Andromeda’

Il-grupp RE-NE’ & Er se joħroġ diska ġdida bl-isem ‘Andromeda’ għal dan is-sajf.
Id-diska akkumpanjata mill-kantanta Raquel, għandha melodija ta’ żfin, filwaqt li tieħu l-persuna lura fl-esperjenzi ftit jew wisq emozzjonali tal-passat.
Rene’ Brincat u Ernest Ciantar, l-imħuħ wara l-grupp mużikali, ilhom jipproduċu u jesperimentaw bil-mużika minn età żgħira għal dawn l-aħħar sitt snin.
Huma kkollaboraw ukoll ma’ diversi kantanti lokali.
Id-diska se titnhieda għada l-Ġimgħa fuq l-paġna tal-grupp fuq Facebook.