Il-membri tal-band HER’s jinqatlu f’ħabta fl-Istati Uniti

Iż-żewġ membri tal-band Ingliża Her’s u l-maniġer tagħhom spiċċaw inqatlu f’ħabta fl-Istati Uniti.

Stephen Fitzpatrick ta’ 24 sena u Audun Laading ta’ 25 sena, kif ukoll il-maniġer Trevor Engelbrektson mietu huma u jivjaġġaw għal-prestazzjoni li kellhom jagħtu f’Kalifornja. Dan skont il-kumpanija li timpjegahom, Heist or Hit.

Il-kumpanija ddeskriviethom bħala waħda mill-aktar bands li kellha tagħmel suċċessi kbar fix-xena mużikali. Huma kien għadhom kemm ħarġu l-ewwel album tagħhom. Huma mietu kmieni l-Erbgħa filgħodu.

Skont post fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom, il-mużiċisti kienu waslu lejn l-aħħar tat-tour tagħhom fl-Istati Uniti.