Il-membri tal-Awtorità tax-Xandir m’hemmx għalfejn jirriżenjaw

Wara li l-Gvern talab għar-riżenja tal-membri tal-Awtorità tax-Xandir, jidher li l-Gvern biddel il-ħsieb tiegħu.

Hu mifhum li ċ-chairman tal-Awtorità tax-Xandir intalab mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jirriżenja, bil-membri rrifjutaw li jirriżenjaw, hekk kif il-membri fi ħdan din l-awtorità huma maħtura mill-President. Jidher li dan kien spjegat lill-Gvern u t-talba għar-riżenji ġiet imneħħija.