Il-membri tal-ALPA offruti kuntratti self-employed

    Read in English.

    Il-Piloti li kienu twaqqfu mill-Air Malta u li huma membri tal-Unjin tal-ALPA qegħdin jiġu offruti kuntratti ta’ sitt xhur bħala self-employed mal-Malta Med Air.

    Fi stqarrija l-unjin tal-piloti l-ALPA qalet li hija ressqet protest ġudizzjarju kontra l-Gvern Malti u qed iżżommu responsabbli għal kull azzjoni li qiegħda tittieħed mill-Malta Air Travel Limited li issa qiegħda topera taħt l-isem ta’ Malta Med Air.

    L-ALPA fi stqarrija spjegat li dan ix-xogħol qiegħed jiġi offrut taħt kundizzjonijiet ta’ prekarjat għall-membri li twaqqfu mix-xogħol mill-kumpanija li l-Gvern Malti għandu 99.9% tal-ishma. Il-Unjin żiedet li l-piloti li twaqqfu minn mal-Air Malta p.l.c. issa qegħdin jingħataw xogħol fuq bażi ta’ self employed b’kuntratt ta’ sitt xhur. L-ALPA qalet li dan qiegħed isir biex jiġu evitati diversi drittijiet tal-ħaddiema fosthom leave, sick leave u leave tal-meternità.

    L-ALPA appellat lill-Gvern ta’ Malta biex jonora l-obbligi tal-ftehim kollettiv li l-unjin u l-membri tagħha għandha u li jiskadi fl-2022.