Il-Mellieħa tfakkar lil Charlie Borg, ir-raġel li ttajjar fil-Gudja

Facebook: Clayton Borg

Read in English.

Il-mewta traġika ta’ Carmel (Charlie) Borg qed tinħass minn għexieren ta’ persuni. Dan hekk kif Facebook qed jintela’ b’kondoljanzi mill-qalb għal dan ir-raġel. Borg miet wara li ttajjar minn karozza s-Sibt filgħaxija fl-età ta’ 67 sena.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.20pm meta kien qed jaqsam minn Triq il-Bir Miftuħ, viċin l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Fuq Facebook, l-Imperial Band Club esprima d-dieqa tiegħu għat-telfa tar-raġel u qal li hu kien membru attiv u serva fil-kumitat għal ħafna snin. Il-każin esprima l-kondoljanzi tiegħu lill-mara tiegħu, il-qraba u l-ħbieb. Il-każin qal ukoll li d-dettalji tal-funeral kienu se jiġu kkomunikati fiż-żmien li ġej.

Il-Kandidat għall-Partit Laburista Clayton Barbara wkoll esprima l-kondoljanzi tiegħu u ppostja fuq Facebook ritratt tiegħu ma’ Charlie. Dan kien ittieħed ftit tal-ġranet qabel. Hu rringrazzjah għall-onestà tiegħu u d-diskussjonijiet twal li kien ikollhom fil-passat. Hu rringrazzjah ukoll talli kien jimbuttah biex jaħdem għall-karriera politika.

Il-kummenti u l-messaġġi numerużi kienu jinkludu frażijiet bħal “li kieku l-irġiel kollha fid-dinja kienu bħalu, kieku d-dinja kienet tkun post aħjar” oħrajn iddeskrivewh bħala “persuna ħelwa”.