Il-medjokrità u r-regħba jridu jingħelbu” – Kamra tal-Periti

Sarah Cassar Dymond

Il-Perit Simone Vella Lenicker, il-President tal-Kamra tal-Periti, saħqet li l-medjokrità u r-regħba fl-industrija jridu jingħelbu. Żiedet tgħid li l-avvenimenti ta’ din is-sena ħallew impatt kbir fuq il-professjoni tal-periti.


Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kamra, il-President iddeskriviet l-aħħar 12-il xahar bħala “straordinarji”. Il-kunsill kien ambizzjuż għall-pjan tiegħu għall-2019, u ħadem ħafna biex jilħaq il-miri. Dan minkejja l-kriżi fil-professjoni minħabba n-numru ta’ inċidenti li seħħew relatati mal-bini, li wasslu għal regolazzjonijiet ġodda li ma rranġawx il-problemi li jikkaratterizzaw l-industrija.

Jiġġarraf ħajt ta’ blokka ta’ appartamenti fi Gwardamanġa


Il-President qalet li kien hemm progress fuq l-abbozz tat-tibdiliet tal-Att tal-Periti. Qalet ukoll li l-proposti tal-Kamra għal regolazzjonijiet ġodda tal-Bini u Kostruzzjoni ġew milqugħa mill-partijiet konċernati tal-industrija.

Filmat: Il-permessi kollha għat-twaqqigħ u l-iskavar ġew sospiżi – Muscat


Vella Lenicker semmiet il-bidliet li l-Kamra insistiet dwarhom matul l-aħħar sena. Il-Gvern kien ikkommetta ruħu għalihom b’ittra li ppreżenta lill-Kamra tal-Periti f’Awwissu li għadda. Il-Kunsill se jibqa’ jaħdem fuqhom matul is-sena li ġejja.

Żewġ galleriji jisfrundaw f’Marsaskala

X’ ġara din is-sena?

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien ħabbar li b’effett immedjat il-permessi kollha għat-twaqqigħ u l-iskavar ġew sospiżi b’mod temporanju. Dan wara li kien ċeda parti minn ħajt ta’ blokka ta’ appartamenti biswit sit ta’ kostruzzjoni, li kien ir-raba’ inċident ta’ dan it-tip f’inqas minn sena.

Il-Ministeru għall-Infrastruttura kien ippubblika l-emendi għar-regolamenti ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u skavar.

Skavar u twaqqigħ: Iktar responsabbiltà fuq il-periti; il-multi jiżdiedu b’20 darba