Il-Mediterran jerġa’ jispiċċa qabar għal aktar minn 200 persuna

Jista’ jkunu aktar minn 250, il-persuni li nhar il-Ġimgħa li għadda, mietu ftit ‘il bogħod mix-xatt Libjan.
Skont il-mezzi tax-xandir Amerikani, id-dgħajsa bl-immigranti telqet mil-Libja b’ferm aktar minn 200 persuna.
Il-ħaddiema militari Taljani impenjati fil-ħidma ta’ Mare Nostrum, min-nofsinhar ta’ Lampedusa sa issa tellgħu 18-il katavru kollha ta’ rġiel.
Ġew salvati wkoll 73 persuna oħra li kienu fuq l-opra tal-baħar.
Min-nhar il-Ġimgħa sa issa, mill-Kanal ta’ Sqallija ġew salvati mill-għarqa aktar minn 3,500 persuna.  L-aħħar li ġew salvati kienu 215-il immigranti, u fosthom kien hemm 55 mara u 38 tfal taħt l-età.